Matul il-jum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu laqgħa ma’ uffiċjali tal-Fondazzjoni Konrad Adenauer – think tank politiku għat-tisħiħ u l-iżvilupp tal-moviment Demokristjan – fejn ġiet diskussa l-qagħda politika f’Malta.
Dan filwaqt li matul din il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista wassal l-awgurju tiegħu b’rabta mas-suċċess tas-CDU għall-elezzjonijiet ta’ Frar li ġej fil-Ġermanja.
Mad-delegazzjoni mmexxija mid-Deputat Segretarju Ġenerali Gerhard Wahlers, iddiskutew l-kollaborazzjoni bejn din il-Fondazzjoni Ġermaniża b’rabtiet mas-CDU u l-Fondazzjoni AŻAD tal-Partit Nazzjonalista, kollaborazzjoni li tmur lura snin twal sa minn qabel Malta saret membru tal-UE. Tkellmu wkoll dwar proġetti u inizjattivi konġunti li qed jiġu ppjanati għall-2025.
Intant, għal din il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea.
//= $special ?>