L-Eks Prim Ministru tal-Pakistan, Imran Khan, kien ikkundannat għal 14-il sena ħabs dwar każ ta’ korruzzjoni u li hu l-aħħar f’sensiela ta’ akkużi fil-konfront tiegħu.
Is-sentenza hi l-itwal waħda valida għal dan l-eks-stilla tal-cricket li ilu miċħud mil-libertà minn Awwissu tal-2023.
Imran Khan qed jiffaċċja l-akkużi relatati ma’ aktar minn 100 reat potenzjali – minn sitwazzjonijiet fejn hu kien żvela s-sigrieti tal-Istat sa ċirkustanzi fejn hu għamel gwadann finanzjarju illegali mir-rwol tiegħu. Hu qed jiċħad kategorikament għall-akkużi li qal huma xprunati minn skop politiku.
L-awtoritajiet fil-Pakistan qed ifissru l-aħħar każ kriminali kontra Khan bħala l-akbar ta’ dan it-tip li qatt kien ipproċessat fil-pajjiż.
Dan minkejja li fil-passat, kienu feġġew diversi skandli finanzjarji kbar u li wħud minnhom kienu jinvolvu anki lill-Eks Mexxejja tal-pajjiż,
//= $special ?>