Tlet avukati li fil-passat irrappreżentaw lill-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Russa, Alexei Navalny, weħlu sentenzi massimi ta’ ħames snin u nofs ħabs fuq akkużi li kienu msieħba ‘f’organizzazzjoni estremista’.
Navalny – li miet fi Frar waqt ċirkustanzi misterjużi u meta kien miżmum f’ħabs tas-Siberja – kien fisser il-każ kontra l-aviukati bħala ‘simili għall-era Sovjetika’ u indikazzjoni tal-manipulazzjoni tal-Ġustizzja mill-awtoritajiet f’Moska.
Navalny kien l-akbar kritiku tal-President Russu, Vladimir Putin, u l-avukati – Vadim Kobzev, Igor Sergunin u Alexei Liptser – kienu arrestati f’Ottubru tal-2023 meta l-awtoritjaiet Russi kienu qed iżidu l-pressjoni fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Il-proċess tal-Qorti għal dawn l-avukati sar wara l-bibien magħluqa fil-belt ta’ Petushki, lejn il-Lvant ta’ Moska, u fejn huma nstabu ħatja, fost oħrajn, b’li għaddew il-messaġġi bejn Navalny u l-kollegi tiegħu.
//= $special ?>