Enerġija Lokali

L-impjanti tal-gass mhux qed jitħaddmu kaġun tal-maltemp

F’post fuq il-midja soċjali x-Shadow Minister għall-Enerġija Ryan Callus qal li hekk kif pajjiżna għaddej minn maltempata, l-impjanti tal-gass mhux qed jitħaddmu għaliex it-tanker jinsab maħlul mill-moll.

Huwa qal ukoll li fil-kunsiderazzjoni tiegħu Gvern Laburista kien għażel vapur bil-gass fil-baħar minflok bena ħażna fuq l-art speċjalment meta l-esperti kienu ddeterminaw li kienet tkun għażla aktar sigura.

Ryan Callus sostna li f’mumenti bħal dawn nindunaw kemm il-politika tal-Labour fis-settur tal-enerġija esponiet lill-pajjiżna fis-sigurtà u r-reżiljenza tal-provvista tad-dawl, u kif l-interconnector bħalissa mgħobbi jipprovdi l-enerġija lil pajjizna.

Intant, huwa fakkar li l-interconnector li għandu pajjiżna huwa grazzi għall-ħidma tal-Partit Nazzjonalista.