Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Meterjoloġiku ġie mbassar li għal tmiem din il-ġimgħa se jkollna temp aktar stabblib dan wara li illum kien ikkaratterizzat minn ħalbiet tax-xita kif ukoll riħ qawwi.
Intqal li s-Sibt filgħodu, ir-riħ mistenni jnaqqas mill-qawwa tiegħu, għall-Forza 5 għal 6 hekk kif idur min-Nofsinhar il-Lbiċ u jerġa’ jnaqqas mill-intensità sal-Ħadd.
It-temp għas-Sibt u l-Ħadd mistenni jkun ftit msaħħab. L-ogħla temperatura mistennija titla’ sa 18°C u tvarja bejn 12°C u 11°C mal-lejl.
//= $special ?>