Il-Gvern Ungeriż jinsab mheżżeż bl-aħbar dwar korruzzjoni u abbuż ta’ awtorità fir-rigward tal-użu tal-fondi li l-Ungerija qed tirċievi mingħand l-Unjoni Ewropea.
Dan wara li l-Pulizija wettqu rejds fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Integrità – entità tal-Istat b’responsabbiltà għall-fondi – u meta l-Prosekutur Ewlieni Ungeriż ħabbar li Ferenc Biro, iċ-Chairman tal-Awtorità, qed ikun suspettat dwar aġir korrott u azzjonijiet illegali marbuta mar-rwol tiegħu.
Saru wkoll ir-rejds fir-residenza privata ta’ Biro, bil-Pulizija televa xi dokumenti minn din id-dar.
Biro, issa, qed jgħid li spiċċa ‘mira għal xi nies fil-Gvern li jridu jarawh il-ħabs għal raġunijiet politiċi’ – stqarrija li, fiha nnfisha, qed tħasseb lill-Ungeriżi kif ukoll lill-osservaturi tal-politika lokali.
Ferenc Biro u martu, Judit, huma influwenti fil-Partit Fidesz tal-Prim Ministru Viktor Orban u għandhom relazzjonijiet eċċellenti mal-ogħla awtoritajiet f’Budapest. Fil-fatt, ir-rwol ta’ Biro hu ekwivalenti għar-rwol ta’ Ministru tal-Gvern.
Intant, l-Awtorità għall-Ħarsien tal-Integrità twaqqfet f’Budapest fl-ewwel xhur tal-2023 u bil-ħsieb li l-Ungerija turi lill-Kummissjoni Ewropea li qed tinvesti bil-għaqal il-fondi mogħtija lilha mill-Unjoni u li l-istess fondi qed ikunu suġġetti għall-proċessi tal-awditjar xierqa.
Il-Kapijiet tal-Awtorità kienu maħtura mill-Presidenza tar-Repubblika u issa, il-Kap Prosekutur anki qed jakkuża lil Ferenc Biro dwar it-tfixkil tal-ħidma taż-żewġ viċi presidenti tal-istess Awtorità.
//= $special ?>