Lokali Parlament

Tender f’Għawdex dwar triq għadha ma ngħatatx wara sitt xhur

Tender f’Għawdex għal resurfacing ta’ triq fix-Xewkija u li għalqet f’Ġunju li għadda, wara sitt xhur għadha fi stadju ta’ aġġudikazzjoni. Dan ikkonfermah il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar stess fil-Parlament.

Il-Ministru Clint Camilleri qal dan fi tweġiba li ta għal mistoqsija bil-miktub tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said. It-tender kienet relatata ma’ Triq San Pupulju, fix-Xewkija. It-tender għalqet fil-21 ta’ Ġunju 2024.

Dan l-aħħar l-avukat Jason Azzopardi ressaq it-tielet talba għal Inkjesta Maġisterjali dwar il-Ministru ta’ Għawdex Clint Camilleri, din id-darba dwar pixxina u ċentru akkwatiku ta’ daqs Olimpiku li qabeż €8 miljun fuq il-baġit.