Jirriżulta minn ċifri li ngħataw fil-Parlament, li l-Pulizija trattat ammont kosiderevoli aktar ta’ każi ta’ abbuż mid-droga fit-tliet snin li għaddew. Jirriżulta li fl-2022 inqabdu 169 persuna bid-droga, fl-2023 inqabdu 205, u fl-2024 inqabdu 241 – żieda ta’ 72 każ fi tliet snin. Jirriżulta wkoll li kien hemm 23 żagħżugħ jew żagħżugħa taħt l-età ta’ 17-il sena li nqabdu bid-droga.
L-informazzjoni ngħatat fuq mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ. It-tip ta’ droga li sar abbuż biha u li nqabdet mill-Pulizija hija l-kannabis, l-MDMA, il-ħaxixa tal-kannabis, il-ħaxixa sintetika u l-kokaina.
//= $special ?>