Huma mument ta’ stennija fil-Lavnt Nofsani hekk kif il-Ħadd, mis-7:30am, jiskatta l-ftehim għal waqfien mill-ġlied f’Gaza wara xhur twal ta’ bumbardamenti u vittmi fuq iż-żewġ naħat.
Tard il-Ġimgħa filgħaxija, il-Kabinett tal-Ministri Iżraeljan ta l-approvazzjoni finali tiegħu. U ftit wara, il-medjaturi fil-Qatar ikkonfermaw li ġie issiġillat dan il-ftehim.
Id-deal huma maqsum fi tliet fażijiet, u jinkludi fost l-oħrajn il-ħelsien ta’ ostaġġi Iżralejani bi skambju għal diversi Palestinjani li kienu qed jinżammu arrestati.
Intant, minkejja dan il-qbil, xorta hemm sens qawwi ta’ ansjetà fejn wieħed għadu qed jistenna x’se jiġru fil-prattika…u jekk il-ftehim hux se jkun qed jiġi osservat.
//= $special ?>