Il-pixxina fir-Rabat Għawdex li ilha tiġi mwiegħdha s-snin, jidher li kienet tinkludi 7 tenders ta’ madwar €19.8 miljun…. possibilment anke iktar. Dan ġie kkonfermat mill-fact checker tat-Times of Malta wara li l-Avukat Jason Azzopardi talab Inkjesta Maġisterjali.
It-Times qed tgħid li bejn is-sena 2019 u 2023 il-Gvern ħareġ spiza komplessiva ta’ madwar €23 miljun għal dan il-proġett, illi huwa it-total apparti t-tenders li nħarġu – fi kliem sempliċi €6.6 miljun iktar minn kemm kien hemm allokat.
L-ewwel figuri li ġew preżentati fil-parlament urew illi fl 2021, il-Ministru ta’ Għawdex kien talab biex il-fodni għal dan il-proġett jiżdiedu minn €3 miljuni għal €9.8 miljun, sakemm eventwalment intefuqu €12.6 miljuni. Filwaqt li fl-2022 il-Ministru Camilleri kie qal li n-nefqa kienet telgħet għal 13-il miljun.
Il-proġett beda lura fis-sena 2019 b’tender ta’ madwar €230,000 għall-iskavar, però eventwalment il-Ministeru kien nefaq €76,000 oħra għal total ta €306,000 flimkien ma’ €7,000 li inatgħu lil perit.
Tender ieħor kien jammonta għal €9.2 miljuni, filwaqt li kien hemm ukoll tender ta’ €3.2 miljuni għax-xogħol ta’ elettriku u makinarji,
Fl-2020, ingħata tender lil speċjlaist Taljan għal prezz ta’ €697,000.
Dan filwaqt li tender ieħor li ingħata għas-saqaf suppost sewa €635,000, madankollu dan il-kuntart żdid b’€91,000 għal prezz ta €726,000.
Fl-2023 ingħata tender ieħor għal finishing ta’ xejn inqas minn €5.2 miljun u l-aħħar tender kien dak ta’ €648,000 għall-apparat.
Interessanti l-fatt ukoll li fl-2018, inghatat direct order lil kumpanija MBRV, li ma kienet imnizzla fl-ebda tender.
Intant, jekk din in-nefqa addizjonali hux ġustifikata jew le, hija parti minn Investigazzjoni Maġisterjali li għadha għaddeja fil-Qorti.
//= $special ?>