Il-Ministru tas-Saħħa, Jo Etienne Abela qed iqis id-direttivi li qed jieħdu t-tobba bħala aġir b’nuqqas ta’ moralità.
Il-Ġimgħa, il-MAM u l-Ministru Jo Etienne Abela kellhom laqgħa taħraq fejn it-tobba ppreżentaw numru ta’ soluzzjonijiet sabiex tiġi indirizzata l-kriżi li hemm bħalissa fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Dan apparti l-istat ta’ emerġenza li hemm f’Mater Dei.
Iżda jidher li fl-isfond ta’ ħafna għajat, it-tobba kellhom joħorġu mil-laqgħa hekk kif ma kienx qed jidher li se jkun hemm xi forma ta’ qbil. Dan wassal sabiex il-MAM kienet kostretta issejjaħ azzjonijiet industrijali għall-professjonisti mediċi fiċ-Ċentri tas-Saħħa madwar Malta – azzjonijiet li jidħlu fis-seħħ minn nhar il-Erbgħa.
Il-Gvern issa ilu xhur jieħu din l-attitudni mat-tobba, u qed jinjora kull forma ta’ konsultazzjoni ma’ dawn il-professjonisti. Sitwazzjoni li ġiet wara li l-Gvern Laburista għażel li jagħti tliet sptarijiet pubbliċi lill-barranin.
Biex issa, kien il-Ministru Jo Etienne Abela stess li ammetta, waqt intervista fil-programm ta’ Andrew Azzopardi, li kieku ta’ Vitals u Steward għamlu xogħlhom kieku m’aħniex f’din il-problema.
Iżda, minkejja li ammetta li l-problema ġabha fuqu dan il-Gvern, xorta waħda qed jitfa’ r-responsabbiltà kollha fuq it-tobba. Apparti li qed jinsa l-ħtiġijiet tal-professjonisti mediċi.
Waqt l-istess programm, il-President tal-MAM, Martin Balzan spjega x’qed jistennew it-tobba…li fuq kollox iridu servizz mill-aqwa għall-pazjenti.
//= $special ?>