Ġie fi tmiemu l-EPP Leaders’ Retreat f’Berlin li għalih attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech fejn ipparteċipa f’diversi laqgħat ma’ numru ta’ mexxejja internazzjonali.
Dawn il-laqgħat kienu mifruxin fuq jumejn fejn il-mexxejja kellhom l-opportunità ta’ laqgħat bilaterali.
Matul dawn il-jumejn ġew diskussi għadd ta’ temi ta’ interess komuni, fosthom il-qagħda ekonomika, u l-immigrazzjoni, u n-newtralità fejn kien hemm qbil dwar il-ħidma favur il-paċi.
Saret ukoll laqgħa tal-mexxejja tal-partiti li jagħmlu parti mill-Partit Popolari Ewropew li hija ta’ importanza kbira fid-dawl tal-elezzjonijiet li se jkunu qed isiru fil-Ġermanja fi Frar li ġej.
Bernard Grech kien akkumpanjat f’Berlin mis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Galea.
Huma żaru fost l-oħrajn l-ambaxxata Maltija f’Berlin fejn intlaqa’ mill-ambaxxatriċi Marlene Bonnici li se tkun konfermata f’dan l-irwol fl-aħħar ta’ Jannar.
//= $special ?>