VK LJUBLJANA SLOVAN…… 8
SLIEMA……………………………… 15
(2-5), (3-1), (1-4), (2-5)
Iċ-champions Maltin Sliema għamlu pass importanti lejn kwalifikazzjoni prestiġjuża għas-semifinali taċ-Challenger Cup tal-European Aquatics b’rebħa ta’ 15-8 kontra VK Ljubljana Slovan fl-ewwel leg li ntlagħbet fis-Slovenja. Il-partita ta’ ritorn tintlagħab is-Sibt l-1 ta’ Frar.
Ironikament kienu VK Ljubljana li fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni tal-logħba iżda Sliema wieġbu immedjatament u dawru r-riżultat b’erba’ gowls fi tliet minuti bi tliet penalties u gowl minn man-up ta’ Jamie Gambin. Is-Sloveni rkupraw l-iżvantaġġ ta’ tliet gowls fit-tieni sessjoni iżda t-tielet gowl personali ta’ Dino Zammit ħalla lil Sliema 6-5 minn fuq.
Dan il-gowl nofs minuta minn tmiem it-tieni sessjoni, bħal donnu ispira lis-Slimiżi. Permezz ta’ penalty minn Liam Galea u tliet gowls minn kontrattakki, Sliema fetħu vantaġġ ta’ ħames gowls, distakk li t-tim Sloven ma rkuprax minnu. Sliema kellhom vantaġġ ta’ 12-8 sa nofs l-aħħar sessjoni b’Andreas Galea, Liam Galea u Dino Zammit issiġillaw ir-rebħa.
VK Ljubljana Slovan: J. Beton, R. Vukovic, M. Canc (2), E. Potocnik (2), N. Ziberna (1), M. Lipnik, A. Povhe (1), B. Kirasic (2), J. Carni, J. Klobucar, M. Petkovic, M. Petrovcic, P. Kirasic
Sliema: N. Grixti, E. Schembri, L. Galea (5), J. Gambin (1), J. Cassar, B. Cachia (1), S. Engerer, D. Rizzo, J. Brownrigg, A. Galea (2), J. Chircop (1), D. Zammit (5), B. Busuttil
Referees: Henning Schurmann (Ġermanja), Robert Prelovsky (Slovakkja)
//= $special ?>