Il-kumpanija ta’ TikTok ħarġet tgħid li se tkun qed taqta’ l-pjattaforma għall-Amerikani minn nhar il-Ħadd sakemm il-gvern ma jintervjenix qabel ma tidħol fis-seħħ din il-projbizzjoni.
Fi stqarrija hi qalet li l-White House u d-Dipartiment tal-Ġustizzja “naqsu milli jipprovdu ċ-ċarezza u l-assigurazzjoni meħtieġa lill-fornituri tas-servizz li huma integrali biex tinżamm id-disponibbiltà ta’ TikTok”.
Id-dikjarazzjoni ssegwi deċiżjoni tal-Qorti Suprema aktar kmieni nhar il-Ġimgħa li kkonfermat liġi li tipprojbixxi l-app fl-Istati Uniti sakemm il-kumpanija prinċipali tagħha bbażata fiċ-Ċina, ByteDance, tbigħ il-pjattaforma sal-Ħadd.
TikTok sfida l-liġi, billi argumenta li tikser il-protezzjonijiet tal-kelma ħielsa għall-170 miljun utent tiegħu fil-pajjiż.
Kien maħsub li l-projbizzjoni ma tħallix impatt fuq dawk li diġa’ jagħmlu użu minn TikTok iżda minħabba li affarijiet ġodda ma jkunux jistgħu jiddaħlu kawża ta’ din il-projbizzjoni, eventwalment l-app ma tibqax taħdem kompletament.
//= $special ?>