Eżatti bħal-lum sentejn ilu, iż-żagħżugħa Pelin Kaya kienet tilfet ħajjitha propju f’jum għeluq sninha.
Kien kmieni nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Jannar tal-2023 meta Jeremie Camilleri tajjar u qatel lil Kaya meta kien qed isuq taħt l-influwenza tad-droga u l-alkoħol. Camilleri mhux biss kien tajjarha iżda saħansitra ħareġ mill-karozza li kien qed isuq u ħebb għaliha. Hi kienet tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara fl-Isptar Mater Dei.
Sentejn wara, qraba, ħbieb u kollegi tagħha ngħaqqdu flimkien sabiex ifakkru l-memorja tagħha permezz ta’ velja li saret fl-istess post fejn sar l-inċident.
Fil-post tpoġġew għadd ta’ bukketti ta’ fjuri għal Pelin Kaya.
Pelin Kaya kienet ġiet Malta mit-Turkija b’ħolm u ambizzjonijiet kbar tant li qatt ma rat lilha nnifisha titlaq minn pajjiżna. Bil-qraba tagħha jgħidu li minkejja li Kaya tinsab midfuna f’pajjiżha, ruħha tibqa’ f’Malta.
Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo
//= $special ?>