Futbol Sport

Ħamrun b’rebħa oħra hekk kif tkompli l-mixja pożittiva fil-Closing Round

(Ritratt: Joseph Galea)

HIBERNIANS……………………………..1

ĦAMRUN S………………………………..2

Hibernians: H. Sacco, A. Silas, R. Fraga (L. Caruana 85′), J. Degabriele, B. Kristensen, D. Xuereb, F. Falcone, A. Bruno, (L. Vilela 74′) I. Martinis, M. Ellul (L. Abela 90′), G. Fernandes (H. Pedro 86′)

Ħamrun Spartans: H. Bonello, S. Borg, L. Montebello (K. Abdoul 72′), L. Barboza (C. Ondong 76′), J. Mbong, E. Freitas, J. Cadenovic, O. Bjelicic, E. Marcelina, R. Camenzuli, R. Lopes.

Referee: Malcolm Spiteri.

Assistenti Referees: M. Ciantar, V. Vasilev

Ħamrun Spartans komplew jirbħu u saħħew il-pożizzjoni tagħhom fil-Closing Round b’rebħa ta’ 2-1 fuq Hibernians.

Ħamrun fil-vantaġġ wara kwarta logħob meta kien Raphael Lopes Silva li b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Hugo Sacco. Ħamrun komplew jagħfsu fl-ewwel taqsima bir-riżultat iżda jibqa’ dak ta’ 1-0.

Fit-tieni taqsima Ħamrun għamluhom 2-0 meta minn penalty kien Luke Montebello li ma żbaljax.

Hibernians kienu aktar offensivi wara l-gowl ta’ Ħamrun u daħlu fil-partita fil-65 minuta kien Federico Falcone li mill-viċin ma żbaljax.

Minkejja dan, Ħamrun għarfu jżommu r-riżultat sat-tmiem biex b’hekk kisbu tliet punti oħra importanti.