Futbol Sport

Inter iżommu l-pass ma’ Napoli

(Ritratt: EPA)

Inter żammew il-pass ma’ Napoli meta f’San Siro għelbu lil Empoli 3-1. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta fil-55 minuta kien Lautaro Martinez li fetaħ l-iskor. Denzel Dumfries irdoppja għal Inter fid-79 minuta qabel ma Sabastiano Esposito naqqas l-iskor għal Empoli. Inter għalqu l-partita fid-89 minuta permezz ta’ Marcus Thuram.

Lazio telgħu fir-raba’ post tal-klassifika meta għelbu lil Verona 3-0. Samuel Gigot fetaħ l-iskor wara biss żewġ minuti. Boulaye Dia rdoppja fil-21 minuta. Lazio għalqu l-partita fit-58 minuta permezz ta’ Mattia Zaccagni.

Fiorentina u Torino temmew fi draw ta’ 1-1. Moise Kean poġġa lill-Viola fil-vantaġġ wara 38 minuta. Torino ġabu l-iskor indaqs fis-70 minuta permezz ta’ Gvidas Gineitis.

Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Parma u Venezia. Joel Pohjanpalo poġġa lil Venezia fil-vantaġġ wara 20 minuta permezz ta’ penalty. Parma wkoll skorjaw penalty biex ġabu l-iskor indaqs fis-56 minuta peremzz ta’ Hernani.

Rebħa kbira ta’ 4-1 għal Cagliari fuq Lecce. Santiago Pierotti poġġa lil Lecce fil-vantaġġ. Rimonta mill-aqwa ta’ Cagliari li bdiet mas-siegħa logħob b’gowl ta’ Gianluca Gaetano. Sebastiano Luperto għamilhom 2-1 fil-65 minuta. Lecce sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Ante Rebic fit-73 minuta. Cagliari żiedu żewġ gowls oħra permezz ta’ Nadir Zortea u Adam Obert.