Lokali Qorti

Jammetti li hedded lil ommu fid-dar tal-familja

Żagħżugħ ta’ 20 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, residenti s-Swieqi, ammetta quddiem il-Maġistrat Anne Marie Thake li beżża’ u hedded lil ommu kif ukoll li kkaġunalha ħsara f’darha bejn is-16 u 17 ta’ Jannar li għadda.

Minħabba li ż-żagħżugħ ammetta li kien ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, il-Maġistrat Anne Marie Thake kkundannatu għal 18-il xahar ħabs – li ġew sospiżi għal 3 snin.

Dan filwaqt li huwa kien immultat €750 u ħarġet ordni ta’ trattament għal 3 snin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Christian Cauchi.