Il-kap tal-kamra tal-aħbarjiet ta’ The Shift News, Caroline Muscat, fetħet libell fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela, wara li f’kummenti mal-ġurnalisti quddiem il-Parlament akkuża lil din il-kamra tal-aħbarijiet online bħala blogg ta’ fake news li tikteb gideb biss.
Abela qal dan f’kumment li ta lil Malta Today, fejn kien qed jipprova jiġġustifika il-liġi kontroversjali tal-Gvern Laburista li jirristrinġi l-inkjesti maġisterjali li jinfetħu minn ċittadini privati – liġi li qed tiġi proposta wara li l-avukat Jason Azzopardi talab għall-ftuħ ta’ bosta inkjesti maġisterjali fuq allegat abbuż ta’ fondi pubbliċi mill-Gvern.
Abela żied li l-unika għan ta’ The Shift huwa li jippromovi l-fake news u l-ħażen, fejn qal li 90% tal-istejjer li jirrapurtaw ikollhom kontenut ta’ rapporti foloz.
Minbarra hekk hu attakka lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fejn iddeskrivhom bħala grupp żgħir ta’ nies li qed jipprovaw jattakkaw l-istituzzjonijiet tal-pajjiż.
Caroline Muscat qalet li mhuwiex aċċettabbli li Abela, li huwa Prim Ministru ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea, jattakka lill-midja indipendenti – minflok jassigura li se jinqabdu l-persuni li abbużaw mill-fondi pubbliċi.
S’issa, Abela ġie kkundannat minn diversi nies u pjattaformi – fosthom l-għaqda internazzjonali Reporters Without Borders, li kkundannawh għall-attentat tiegħu biex jiskreditja The Shift, waqt li jipprova jiġġistufika liġi li tista’ tagħmel ħsara sostenzjali lill-prosekuzzjoni tal-każijiet b’rabta mal-korruzzjoni
//= $special ?>