Knisja Lokali Saħħa

L-Arċisqof Charles Scicluna jgħid li l-ewtanasja mhux is-soluzzjoni

L-Ewtanasja qatt m’għandha tkun is-soluzzjoni għax hija qtil li jmur gravament kontra d-dinjità tal-persuna umana u kontra r-rispett li jistħoqq lil Alla. Għandna nakkumpanjaw lil min ikun qed imut u mhux li noqtluh.

Dan kien l-appell li għamel l-Arċisqof Charles Scicluna li kien qed jiċċelebra quddiesa fil-ftuħ ta’ St Michael Hospice fil-kappella tal-Qalb ta’ Ġesù f’Santa Venera. Fil-preżenza ta’ numru ta’ persuni distinti fosthom il-President ta’ Malta Miriam Spiteri Debono, l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u s-sinjura tiegħu Anne Marie Grech u l-Prim Minisru Robert Abela u s-Sinjura tiegħu Lydia Abela – l-Arċisqof tkellem dwar l-importanza tat-tama fil-persuna.

Huwa għal diversi dravi rringrazzja lill-organiżazzjoni tkellem Hospice li aċċettat li tieħu f’idejha l-binja u li ttrasoformara f’binja sabiħa. Tenna li bl-għajuna ta’ kulħaad inkluz l-istat dan huwa sinjal ta’ tama għal kulħadd. Sinjal għal diversi persuni u l-aktar għal min forsi qata’ qalbu.

L-Arċisqof tenna li f”Mejju li għadda l-Papa Franġisku bgħat messaġġ, anke b’rabta mas-sena tal-ġublew fejn ssemmiet ukoll t-tama. Grazzi għal din il-binja llum ħafna mill-ħolm, wegħdiet u mpenji saru realtà. L-Arċisqof kkwota lill-istess Papa jgħid li faċli li nċedu għall-gwerrer, iżda dawk li qed jissieltu għandhom it-tama.

Fost il-problemi jinkludu wkoll l-ansjetajiet tal-ħajja, mard serju u t-tmiem tal-ħajja. Dawn kollha għandhom bżonn ix-xhieda ta’ tama. Dwar il-kura paljattiva qal li waqt li tipprova ttaffi l-uġieġħ, dawk li jagħti l-għajnuna huwa sinjal ta’ qlubija ma’ dawk li qed ibatu.

Tenna li l-kura paljattiva awtentika bħal ma qegħdin nagħmlu aħna hi radikalment differenti mill-ewtansja, u li skont il-Papa Franġisku hija falliment tal-imħabba. “L-ewtanasja hija spiss ippreżentata bħala mod qarrieq. Il-kura paljattiva hija kompassjoni għat-tweġiba għat-tbatija. Kull min ikun qed imur jgħin lil dawk li waslu fi tmiem tal-ħajja tagħhom ikun qed jgħin biex finalment dawn jaċċettaw il-passaġġ għall-ħajja eterna.

“Ma nistgħux nevitaw il-mewt u wara li nkunu għamilna dak kollu possibbli biex nikkuraw lil persuna u l-importanza dejjem biex naħdmu li ttul il-ħajja. Kif qal il-Papa Franġisku rridu ngħinu biex il-persuna tmut fil-paċi. Għandna nkunu wkoll grati għall-mediċina kollha biex meta ma jkunx hemm tama iżjed nakkumpanjaw lil min qed imut imma mhux li noqtluh; kompla jgħid l-Arċisqof.

Huwa rringrazzja għal darba oħra lil Hospice li se tibda tagħti servizz lil aktar minn 1,500 pazjent fis-sena mill-binja tal-knisja magħrufa bħala l-Istitut Adelaiade Cini, u li l-Arċidjoċesi ta’ Malta għaddiet lil Hospice Malta fl-2018. Dan sabiex tkompli tkun raġġ ta’ tama għall-pazjenti u qrabathom filwaqt li tiċċelebra l-ħajja u d-dinjita. Wara l-quddiesa, ġiet inawgurata din il-binja.