Żagħżugħ li ismu ma jistax jixxandar skont ordni tal-Qorti ta’ 26 sena u li jgħix iż-Żejtun ammetta li ffastidja lill-eks sieħba, li beżżagħha u li huwa riċediv.
Rapporti jindikaw li t-tfajla riedet twaqqaf ir-relazzjoni imma hu ma riedx. Filfatt, fl-10 ta’ Jannar hu kien mar quddiem il-bieb tad-dar tal-vittma, fejn għamel sigħat jistenna bit-tama li tiftaħlu l-bieb.
Dan filwaqt li, fis-17 ta’ Janna,r hu segwiha sakemm inqala’ argument f’Ħal Għaxaq.
Hu ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi 3 snin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Isptettur Christian Cauchi, waqt li l-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit dehru għall-akkużat. L-avukat Mario Mifsud deher għall-Parte Civile.
//= $special ?>