Futbol Sport

Novak Djokovic se jilgħab kontra Carlos Alcaraz fil-kwartifinali

(Ritratt: EPA)

Fl-Open tal-Awstralja, Novak Djokovic se jkun qed jilgħab kontra Carlos Alcaraz fil-kwartifinali wara li għeleb lil Jiri Leheck 6-3 6-4 7-6.

Alcaraz minn naħa tiegħu avvanza wara li l-avversarju tiegħu, Jack Draper iritira minħabba injury.

It-tennista Spanjol, għeleb lil Djokovic fl-aħħar żewġ finali li ltaqgħu kontra xulxina fil-finali ta’ Wimbledon iżda t-tennista Serb għeleb lil Alcaraz fl-Olimpjad biex rebaħ id-deheb.

Djokovic ma kienx daqshekk konvinċenti fil-partita kontra Lehecka u kien viċin li jisforza r-raba’ set. Wara l-partita, Djokovic kien kritikat mill-midja Awstraljan minħabba l-prestazzjoni tiegħu.