Baraxx ta’ kritika indirizzata lejn il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri, wara li l-Gvern issa – fi kliem in-nies stess – donnu “qam mir-raqda” u skopra bil-problema enormi tal-barranin f’pajjiżna. Bil-kummenti fuq Facebook jirrimarkaw illi kien il-Gvern stess li ħoloq din il-problema.
Il-Ministeru għadu kif nieda l-Migration Policy għall-konsultazzjoni. U Byron Camilleri qed jgħid li din se tindirizza l-kriżi tal-ħaddiema barranin li ġab hu stess f’pajjiżna.
Wara li pparteċipa fi programm fuq TVM, kienu mijiet il-kummenti tan-nies.
Uħud qalu li l-Gvern ġab lejn Malta eluf ta’ barrani, mingħajr ma kien hemm bżonnhom. “Issa qam mir-raqda,u se jara fejn hemm bzonn il barranin – dan missu sar mill-ewwel, mhux issa wara li ilkom tagħmlu frejjeġ kemm tifilħu”.
Xi ħadd ieħor spjega kif dan il-mudell tal-Labour ġab iċ-cheap labour. “Neżżajtu lill-povri ħaddiema mid-dinjità tagħom, b’nies li spiċċaw joqgħodu f’appartament qishom sardin”
Ħafna iddeskrivew dan il-pjan bħala sempliċi mossa politika. “Prosit, ibqgħu sejrin hekk imlejtu kull m’hawn. In-nies m’għadomx boloħ tbellgħulhom li trid”.
//= $special ?>