Il-miżuri mħabbra mill-Gvern fil-Labour Migration Policy mhux se jkunu suċċess jekk ma jiġux integrati fil-Viżjoni 2050. Dan intqal mill-Kamra tal-Kummerċ fi stqarrija li fiha l-istess Kamra tefgħet dawl fuq l-importanza li dawn il-miżuri dwar il-ħaddiema barranin ikunu parti minn pjan fit-tul.
Iċ-Chamber insistiet li din il-policy għandha tibbaża fuq trasparenza sħiħa, kif ukoll effiċjenza fl-implimentazzjoni u infurzar mill-awtoritajiet.
Il-Gvern ħabbar din il-Labour Migration Policy wara snin twal iħaddem mudell ekonomiku ibbażat fuq l-importazzjoni ta’ ħaddiema barranin minn pajjiżi terzi. Dan wassal biex sploda n-numru ta’ barranin li ddaħħlu Malta mingħajr pjan – b’riżultat li nħolqot pressjoni sħiħa fuq is-settur tas-saħħa, fuq l-iskejjel, fuq is-servizzi tad-dawl u d-drenaġġ, u anke fuq l-infrastruttura tat-toroq.
Quddiem dawn ir-realtajiet, issa tħabbret din il-Migration Policy li kienet milqugħa mill-Malta Chamber bħala żvilupp pożittiv. Għalkemm il-Kamra tal-Kummerċ qed titlob kjarifika fuq ċertu aspetti, filwaqt li ressqet numru ta’ rakkomandazzjonijiet.
//= $special ?>