Colin Schembri
Caffè Moak Luxol 80
Athleta 45
(23-18)(17-8)(28-7)(12-12)
Run ta’ 20-0 fit-tielet taqsima xaqilbet il-miżien favur ic-Champions Caffè Moak Luxol li ħadu t-tmien rebħa tal-kampjonat kontra Athleta fuq skor ta’ 80-45. Luxol kellhom nieqsa lil Gwen Carabott u Nolene Vella u posthom ħaduh Hayley Galea u Jada Said. Fl-ewwel żewġ taqsimiet kien hemm l-inkubu ta’ Brandy Huffhines għall-Athleta hekk kif l-Amerikana tal-Luxol għamlet seba’ three pointers minn disa’ tentattivi.
Il-ftuħ tal-partita kien bilanċjat b’punti fuq kull naħa għal vantaġġ minimu għall-Athleta 7-6. Luxol għamlu 5 punti mingħajr risposta qabel ma Nicole Vella wieġbet bi trippla għall-Athleta. Luxol komplew b’żewġ trippli ta’ Huffhines flimkien ma’ baskets minn Lisa u Sarah Fenech Pace, però Athleta għalqu bil-punti ta’ Kennedi Williams għal skor ta’ 23-18.
Athleta komplew tajjeb fil-ftuħ tat-tieni taqsima meta għamlu sitt punti oħra u marru fuq quddiem 24-23. Hawn, però, waslet reazzjoni qawwija minn Luxol bi break ta’ 17-2 bi tliet trippli oħra ta’ Huffhines u punti minn Vanya Baldacchino u S. Fenech Pace biex daħlu jistrieħu 40-26 minn fuq.
It-tielet taqsima kienet dominata minn run ta’ 20-0 minn Luxol li nqatgħu kompletament fuq quddiem. Sa dak il-ħin, Athleta kienu irrispondew għall-punti tal-avversarji permezz ta’ Francesca Sant u Williams. Hawn waslet ir-run ta’ 20-0 fejn spikkat fost l-oħrajn il-plejer Rebecca Naudi li flimkien ma’ Josephine Diaby u Anna Fenech Pace għamlu l-maġġoranza tal-punti. Athleta finalmet wieġbu bi trippla ta’ Britney Agius għal skor ta’ 68-33.
L-aħħar sessjoni kienet aktar maqsuma fejn Athleta bdew bi trippla minn Williams u kellhom ukoll punti mill-aħwa Kaya u Kelsey Abela. Luxol ukoll kellhom it-trippli minn Jada Said u Huffhines biex għalqu l-partita b’basket ta’ Rebecca Fenech Pace u ħarġu rebbieħa 80-45.
Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace 6, M. Marmara, H. Galea, J. Said 3, E. Abela, S. Fenech Pace 9, J. Diaby 11, B. Huffhines 26, V. Baldacchino 5, R. Fenech Pace 2, R. Naudi 13, A. Fenech Pace 5.
Athleta: K. Williams 22, B. Agius 4, M. Ferrante 4, N. Vella 4, M. Cassar Pickard, F. Sant 5, A. Micallef 2, J. Cipriott, Ke. Abela 2, C. Caruana, Ka. Abela 2, L. Camilleri.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Andre Attard.
Valletta Lioneses 59
Starlites JSD 92
(12-19)(15-28)(12-25)(20-20)
Starlites JSD kisbu s-seba’ rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Valletta Lioneses 92-59. Valletta kellhom erba’ plejers neqsin u dan għamilha aktar diffiċli għat-tim immexxi minn Harry Savaya. Starlites kellhom lura lil Adriana Lupo wara xi snin nieqsa mil-logħob filwaqt li kienet nieqsa Catherine Cilia.
Valletta għamlu l-ewwel basket tal-partita minn Olensia Malashenko li bħas-soltu mexxiet l-attakk tat-tim tagħha. Starlites wieġbu bi break ta’ 7-2, però Valletta ġew lura permezz ta’ Sabrina Abugrin u ħadu vantaġġ ta’ punt 10-9. Starlites malajr irkupraw u għalqu t-taqsima bi break ta’ 10-2 maqsum bejn Ylenia Bonett u Makaila Napoleon għal skor ta’ 19-12.
Fit-tieni perjodu Starlites kabbru l-vantaġġ hekk kif kellhom it-trippli minn Christina Curmi u Sasha Lecuyer. Malashenko rrispondiet għal Valletta. Lecuyer għamlet trippla oħra flimkien ma’ Michela Zammit Cordina u minkejja r-risposta ta’ Valletta minn Abugrin u Sara Kankaras, sa nofs it-taqsima Starlites kienu 14 minn fuq 36-22. Starlites komplew b’punti oħra mingħajr risposta u trippla ta’ Mikela Riolo biex daħlu jistrieħu 20 punt minn fuq 47-27.
Wara l-intervall, Starlites baqgħu jikkontrollaw il-partita fejn fost l-oħrajn kellhom run ta’ 10-0 b’baskets minn Samantha Tabobe u Bonett. Valletta wieġbu permezz ta’ Kankaras u Malashenko qabel ma Philippa Riolo għamlet trippla għal Starlites. It-taqsima ntemmet b’basket fuq kull naħa għal skor ta’ 72-39.
L-aħħar sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata tant li ntemmet f’parita ta’ 20-20. Il-coach ta’ Starlites Peter Shoults ta ħin lil plejers żgħażagħ li rrispondew għal punti ta’ Valletta. P. Riolo għamlet trippla oħra qabel ma Valletta għamlu break ta’ 8-0. L-aħħar punti waslu minn Lecuyer u Riolo biex Starlites ħarġu rebbieħa 92-59.
Valletta Lioneses: A. Parnis, S. Abugrin 7, N. Caruana 4, M. Momcilovic 2, M. Mifsud, A. Nikishina, H. Grixti 3, T. Nikishina 2, S. Kankaras 16, O. Malashenko 25.
Starlites JSD: S. Lecuyer 22, M. Riolo 9, P. Riolo 12, M. Zammit Cordina 11, S. Tabone 2, A. Lupo, M. Napoleon 9, L.M. Zammit, F. Vella, E. Degiorgio, C. Curmi 7, Y. Bonett 14.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Wendell Lin.
Betsson Depiro 95
Hibernians 75
(18-20)(29-20)(33-18)(15-17)
Wirja dominanti speċjalment fit-tielet taqsima rat lil Betsson Depiro jegħlbu lil Hibernians 95-75 biex reġgħu ħadu l-ewwel post tal-klassifika. Huma kellhom wirja oħra stupenda mill-Amerikana Janai Crooms bi 48 punt u 16-il rebound fost l-oħrajn flimkien ma’ plejers bħal Kristy Galea u Nicole Agius. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ Elena Cassar li kienet nieqsa għal Hibs.
Wara li Depiro bdew bl-ewwel punti ta’ Kristy Galea, kien hemm risposta minn Hibs permezz ta’ trippla ta’ Maria Bonett. Hibs żammew il-vantaġġ permezz ta’ Steffi De Martino u Ashiala Jackson li kellha trippla flimkien m’oħra ta’ Bonett għal skor ta’ 16-6. Time-out ta’ Julian Naudi waqqaf il-mixja ta’ Hibs hekk kif Depiro kellhom il-punti ta’ Janai Crooms u Nicole Agius f’run ta’ 9-2. Hibs reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 5 punti, però trippla ta’ Julia Borg Xerri eżatt qabel intemmet it-taqsima naqqset id-distakk għal basket 20-18.
Fit-tieni taqsima Depiro kellhom mument tajjeb b’sensiela ta’ trippli minn Borg Xerri u Galea biex fir-raba’ minuta marru 35-31 minn fuq. Hibs ġew lura permezz ta’ Jackson u Andie Saliba, però hawn Depiro għamlu run oħra ta’ 10-2 biex fetħu distakk ta’ 8 punti 45-37. Fl-aħħar minuta, kien hemm il-free-throws minn Jackson għal Hibs biex Depiro daħlu jistrieħu fuq quddiem 47-40.
Wara l-intervall kien hemm il-bidu mill-aqwa ta’ Crooms għal Depiro li ħadet l-attakk f’idejha u għamlet sensiela ta’punti konsekuttivi. De Martino għamlet trippla għal Hibs, però Depiro kellhom risposta immedjata b’oħra minn Galea għal skor ta’ 63-47 f’nofs it-taqsima. Hibs irnexxielhom isibu xi punti minn Jackson li, però, kellha tinbidel għax ikkommettiet ir-raba’ foul. Wara trippla fuq kull naħa minn Nicole Agius u De Martino, Depiro għalqu s-sessjoni b’aktar punti minn Agius għal skor ta’ 80-58.
Fl-aħħar taqsima Hibs tħabtu biex jerġgħu jidħlu fil-partita tant li kellhom run ta’ 9-2 bil-punti ta’ Jackson qabel ma ġiet fouled out. Depiro, però, kellhom run oħra ta’ 11-0 biex finalment ħarġu rebbieħa 95-75.
Betsson Depiro: L. Catania, Ni. Agius 16, J. Borg Xerri 8, No. Agius, C. Ciantar 4, J. Borg, M. Micallef, N. Borg 4, K. Galea 14, J. Borg Cardona 1, H. Farag, J. Crooms 48.
Hibernians: M. Buhagiar, E. Farrugia, S. Vella, A. Saliba 7, J. Abela, M. Bonett 10, S. De Martino 14, K. Calleja, N. Farrugia, A. Jackson 35, K. Caruana, J. Dabic 9.
Referees: Nicky Azzopardi, Wendell Lin
//= $special ?>