Sport

L-RMYC Sailing School tiċċelebra l-għaxar anniversarju

Ir-Royal Malta Yacthing Club (RMYC), fakkret il-mument storiku tal-10 anniversarju tal-klabb b’serata ta’ ċelebrazzjoni, li fiha ġew rikonoxxuti l-passjoni u d-dedikazzjoni minn dawk li ddefinixxew il-vjaġġ tal-iskola matul dawn l-għaxar snin.

Preżenti għall-avveniment kien hemm diversi individwi li, matul is-snin, għenu biex jiffurmaw l-iskola, inklużi l-Eks Commodore tal-RMYC Godwin Zammit, l-Eks Membru tal-Kumitat David Anastasi, il-Fundatur ta’ SailCoach Trevor Millar kif ukoll il-kowċis Alex Denisiuc u Ruya Cakmakli.

Lista tal-premjijiet

  • Sportsmanship – Tomek Vaccaro
  • Newcomer – Tom Zhang
  • Most Improved – Ethan Kodjaazliev
  • Sailing School Ambassador – Katrina Micallef
  • Team Spirit – Matthew Flores
  • Most Enthusiastic (Senior) – Tomek Vaccaro
  • Most Enthusiastic (Junior) – Gianni Bianchi
  • Sailors’ Choice  – Tomek Vaccaro

L-2025 timmarka mument importanti għall-RMYC Sailing School hekk kif tiċċelebra għaxar snin ta’ suċċess. Dak li beda bħala inizjattiva żgħira kiber f’ċentru ta’ taħriġ magħruf u rispettat, kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali. Dawk li għaddew mit-taħrig ta’ din l-iskola raw żvilupp pożittiv li kkontribwixxa għall-wirt tal-ibburjdar f’Malta.

Viżjoni tieħu l-forma

Meta r-RMYC beda jopera fil-bini attwali f’Ta’ Xbiex, l-idea ta’ skola tal-ibburdjar kienet diġà parti mill-pjan. Din il-viżjoni bdiet issir realtà fl-2013, hekk kif il-klabb beda jfittex sħab biex jistabbilixxu l-Iskola tal-Ibburdjar. Fl-istess sena, SailCoach — isem rispettat internazzjonalment fit-taħriġ tal-ibburdjar — beda jmexxi clinics ta’ taħriġ fil-Klassi ILCA, u minn hemm beda jinħoloq il-pedament.

Jinbena l-pedament

Ir-RMYC stabbilixxa l-iskola tal-ibburdjar, fl-2015 b’investiment f’erba’ RS Visions u ingaġġa kowċ mir-Renju Unit biex imexxi korsijiet għas-sajf. Il-flotta kompliet tikber biż-żieda ta’RS Visions, RS Fevas, u Laser Bugs biex jgħallmu lil-baħħara ta’ eta żgħira pedament sod fl-ibburdjar. Is-sħubija ma’ SailCoach ġiet formalizzata u minn hemm beda programm ta’ taħriġ li attira baħħara ta’ kull livell, inklużi dawk rebbieħa ta’ midalji Olimpiċi u kompetituri ta’ klassi dinjija.

Tkabbir tal-flotta u kompetittività

L-ewwel snin raw tkabbir jinbena bil-mod, iżda l-entużjażmu u l-parteċipazzjoni żdiedu gradwalment. Ir-RMYC għaraf l-importanza li jinkoraġġixxi l-ibburdjar b’mod kompetittiv billi akkwista flotta ta’ Optimists, u inkoraġġixxa lil baħħara biex jinvestu fid-dgħajjes tagħhom.

Jintrebħu l-isfidi

Minkejja l-isfidi, inkluża t-telf ta’ parti mill-ispazju li kien allokat għall-RMYC Sailing School,  il-programm baqa’ jikber. Permezz ta’ soluzzjonijiet innovattivi u l-impenn sod tal-partijiet interessati, l-iskola saret element essenzjali fil-komunità tal-ibburdjar f’Malta. Ħafna mill-membri ta’ din l-iskola għamlu isem għalihom infushom f’regattas prestiġjużi madwar id-dinja, inklużi Katrina Micallef, Lara Merten, l-aħwa Schultheis — Antonia, Richard, u Victoria — u Ethan Kodjaazliev.