Il-bidliet li jrid jagħmel Robert Abela fl-Inkjesti Maġisterjali qajmu kritika enormi. Lanqas internament ma ġew diskussi. U l-Ministri, lanqas biss jafu d-dettalji ta’ dak li jrid ibiddel il-Prim Ministru.
Dan ħareġ evidenti anke mill-kummenti li tatna t-Tnejn filgħodu l-Ministru Miriam Dalli, meta ġiet mistoqsija minn Net News proprju dwar ir-restrizzjonijiet li Abela jrid idaħħal fil-mod kif jiġu appentati Inkjesti Maġisterjali.
Fl-aħħar jiem, il-ġurnalisti staqsew ripetutament lill-Prim Ministru x’se jkun qiegħed jibdel… u jfiehem x’se tkun qed tgħid din il-liġi, hekk kif s’issa għajr titlu tal-Ewwel Qari fil-Parlament ma ġiex ippreżentat.
Madanakollu, il-Prim Ministru qed jinsisti bit-tattika tal-ħabi.
//= $special ?>