Waqt rally li indirizza f’Washington DC, Donald Trump wiegħed li se jdaħħal fis-seħħ diversi ordnijiet eżekuttivi fl-ewwel jum tal-Presidenza.
Il-President-Elett stqarr dan lejlet il-ġurament tal-ħatra, meta indirizza rally li għalih attendew eluf ta’ sostenituri tiegħu. L-inawgurazzjoni ta’ Trump se ssir illejla fis-6pm, u se tixxandar LIVE anke minn Net Television.
Ilbieraħ, Trump insista li se jagħti diversi ordnijiet eżatt malli jidħol fil-White House. B’analisti politiċi jgħidu li dawn se jiffukaw fuq l-immigrazzjoni u t-tema tal-bidla fil-klima.
Fuq nett tal-aġenda tiegħu, hemm ukoll il-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa hekk kif jidher li l-Amerika se tibda tnaqqas l-għajnuna lil Kiev.
Apparti minn hekk, l-amministrazzjoni Trump mistennija tagħti maħfra lil dawk kollha li kienu involuti fl-irvellijiet li saru fil-Capitol erba’ snin ilu – fil-ħatra ta’ Joe Biden.
//= $special ?>