L-Għaqda Soċjo Mużikali Anici ta’ Ħal Qormi, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali, se tkun qed ittella’ programm mużikali bl-isem ‘Żewġ Deċennji Mużikali’, fis-sala Aula Magna tal-Universita’ ta’ Malta, fil-kampus tal-Belt, nhar is-Sibt l-1 ta’ Frar.
Dan il-programm mużikali qed isir f’għeluq l-20 anniversarju min mindu Mro. Joseph Vella ħa t-tmun tal-Banda Anici. Il-Kummissjoni Banda flimkien mas-surmast Direttur ħejjew diversi siltiet ta’ bosta
ġeneri bħal mużika klassika u dik kontemporarja.
F’dan il-programm mużikali ser jindaqqu siltiet ta’ diversi surmastrijiet Maltin u dawk ta’ fama mondjali. Għal din l-okkażżjoni is-Surmast Direttur tal-banda Anic,i Mro.Joseph Vella, ukoll ħejja Overture ġdida sabiex jirregala’ lis-Soċjeta u tiżżanżan għall-ewwel darba f’dan il-programm mużikali.
Kulħadd huwa mistieden.
//= $special ?>