Ġie varat proġett li ser ikompli jtejjeb il-kapaċità tal-voluntiera ta’ St John Rescue Corps (SJRC) sabiex jipproteġu s-sigurtà tas-soċjetà. Dan filwaqt li jippromwovu wkoll kultura ta’ prevenzjoni u għarfien fis-saħħa u s-sigurtà lill-pubbliku inġenerali. It-tagħmir jikkonsisti f’Rapid Assembly Emergency Tents u tagħmir relatat, power generators, u tagħmir ta’ taħriġ speċjalizzat.
Dan il-proġett sar b’investiment ta’ madwar €20,000 bħala parti mill-fondi allokati mill-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) amministrati mill-MCVS.
Dan jinkludi x-xiri ta’ tagħmir speċjalizzat li jwassal għal intervent aktar f’waqtu, effiċjenti u effettiv b’appoġġ għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) u l-Awtoritajiet tas-Saħħa waqt emerġenzi.
L-għaqda ser ikollha kapaċitajiet aħjar biex tissalvagwardja lill-pubbliku waqt avvenimenti kbar permezz ta’ dan it-tagħmir, flimkien ma’ vetturi oħra tal-għaqda li wħud minnhom kienu wkoll parti minn proġetti ffinanzjati minn skemi tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat matul is-snin li għaddew.
Dan it-tagħmir se jintuża wkoll biex jagħti taħriġ aħjar lill-voluntiera tal-għaqda biex itejbu l-kompetenzi tagħhom għall-iżvilupp personali, soċjali u professjonali.
//= $special ?>