Il-President Amerikan Donald Trump qed jippjana li jikkonferma ‘malajr kemm jista’ ikun’ il-maħfriet lis-sostenituri Repubblikani tal-Moviment MAGA (Make America Great Again) li f’Jannar tal-2021 mexxew l-irvellijiet qattiela fil-US Capitol (f’Washington)…Irvellijiet bl-iskop li jaqilbu r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali tal-2020 li Trump kien tilef kontra l-kandidat Demokratiku Joe Biden.
Trump iħobb jirreferi għal dawn is-sostenituri – li kellhom jiffaċċjaw il-proċeduri dwar aġir kriminali – bħala ‘priġuniera politiċi’ u issa qal li f’sitwazzjonijiet bħal dawn ‘wieħed jistenna azzjoni aktar milli kliem’.
Intant, mhux magħruf kemm minn fost ir-‘rioters’ se jingħataw il-maħfriet….Lanqas mhu magħruf jekk il-President Trump jasalx biex jaħfer lill-protagonisti ewlenin fl-inkwiet tal-2021 u li fih spiċċaw aggrediti diversi uffiċjali tal-pulizija,.
Fl-aħħar jiem, Donald Trump u l-Viċi-President Amerikan, JD Vance, kienu ħarġu d-dikjarazzjonijiet ambigwi dwar min minn fost id-delinkwenti għandu jgawdi mill-maħfra uffiċjali.
Dan wara li madwar 1,600 spiċċaw arrestaqti b’konnessjoni mal-irvellijiet storiċi, fis-6 ta’ Jannar tal-2021, li fih inqatlu wkoll xi persuni.
Fl-aħħar sigħat ukoll, Donald Trump ikkritika bil-qawwi l-pass tal-eks President Biden biex jikkonferma l-maħfriet tal-Istat ‘minn qabel’ għall-membri tal-Kungress Amerikan li investigaw l-aġir kriminali tas-sostenituri ta’ MAGA waqt l-irvellijiet.
Dan biex il-membri ma jispiċċawx mira għall-persekuzzjoni mill-Gvern ta’ Trump –bl-istess maħfriet jingħataw lill-uffiċjali tal-pulizija li taw xhieda quddiem il-kumitat li kien qed jinvestiga l-azzjonijiet kriminali fil-US Capitol.
//= $special ?>