Donald Trump, waqt id-diskors tiegħu bħala s-47 President tal-Istati Uniti, wiegħed li l-prosperità se tirritorna għaċ-ċittadini Amerikani irrispettivament mill-ġens, reliġjon u denominazzjoni.
Hu esprima tama li l-aħħar elezzjoni mirbuħa minnu tibqa’ imfakkra bħala l-aktar proċess ‘ta’ konsegwenza’ fl-istorja tal-pajjiż u qal li hu qed jisma ‘l-ilħna tal-elettorat li mhux se jiddispjaċih bl-għażla li għamel’.
Il-President innota anki li l-20 ta’ Jannar hu mfakkar bħala Martin Luther King Day fl-Istati Uniti b’unur l-attivist għad-drittijiet tas-suwed li spiċċa assassinar minn raġel armat għexieren ta’ snin ilu….Trump tenna li ‘il-Gvern tiegħu se jagħmel minn kollox biex jirrealizza din il-ħolma ta’ Luther King’.
Wiegħda oħra fid-diskors inawgurali titratta ‘ir-ristrutturizzazzjoni tal-kummerċ’ b’aċċenn speċjali għat-tariffi u s-sistemi ta’ introjtu għall-pajjiż ‘mingħand is-sorsi barranin’. Dan fost ir-referenzi għat-twaqqif ta’ DOGE – id-dipartiment ġdid għall-effiċjenza tal-funzjonijiet tal-Amministrazzjoni.,
Meta tkellem dwar il-Lvant Nofsani, Donald Trump qal li għandu jkun ‘protagonista għall-paċi’ f’dan ir-reġjun mifni bil-gwerra.
Madankollu, il-kumment f’għeluq id-diskors ta’ Trump li ‘l-Istati Uniti mill-ġdid se tikkunsidra lilha nnfisha bħala pajjiż li qed jiżviluppa’ għandu jinkwieta lill-Alleati ta’ Washington….Kumment li enfasizza l-wiegħda tiegħu biex iżid il-ġid nazzjonali waqt li jespandi t-territorju tiegħu.
Dan hu kliem mill-aktar indikattiv meta l-Alleati tal-Istati Uniti ilhom inkwetati dwar l-interess ta’ Trump biex jaħtaf il-kontroll ta’ Greenland — territorju awtonomu u amministrat mid-Danimarka — u l-kummenti tiegħu biex ‘jibdel il-Kanada fil-51 Stat Amerikan’.
“
//= $special ?>