Il-Gvern Amerikan ġdid immexxi minn Donald Trump, fl-ewwel passi uffiċjali, għandu jiddikjara lil diversi organizzazzjonijiet kriminali – inklużi dawk għat-traffikar tad-droga – bħala ‘entitajiet terroristiċi barranin’.
It-terminu FTO (Foreign Terrorist Organizations) għandu tifsira fuq livell globali u meta l-Istati Uniti, fil-passat, applikatu għall-movimenti tal-ISIS, l-al-Qaeda u l-Ħeżbollah fil-Libanu.
Mhux ċar kemm minn fost il-gruppi kriminali se jaqgħu f’din il-kategorija…Madankollu hu ċert li fost l-entitajiet ġodda ‘terroristiċi’ se jkun hemm it-Tren de Aragua – organizzazzjoni bażata l-Veneżwela u li l-Amerikani jfissruha bħala forza irregulari ta’ kriminali armati li qegħdin jaħdmu id f’id mal-Gvern tal-President Veneżolan Nicolas Maduro .
Mistenni wkoll li Donald Trump, bħala l-President tal-Istati Uniti, jiffriża d-dħul tar-refuġjati fl-Istati Uniti għal erba’ xhur…Pjan ieħor hu biex il-Gvern Amerikan ġdid itemm il-proċess għall-kenn politiku bi proklama u li jippermetti wkoll biex l-Uffiċjali jiddeportaw malajr lill-persuni li qed ifittxu l-kenn fl-Istati Uniti u li jippreżentaw ruħhom fl-artijiet tal-fruntiera mal-Messiku.
//= $special ?>