Il-kampjonat Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball tkompla fi tmiem il-ġimgħa b’żewġ logħbiet li saru fil-kumpless sportiv tal-Kottonera. Fl-ewwel waħda Flyers rebħu bl-iskor ta’ 3-0 lil Birkirkara. L-iskor tas-sets kienu 25-18, 25-13 u 26-24. B’dan ir-riżultat, Flyers qabżu lil Birkirkara u telgħu fit-tielet post b’sitt punti, wieħed aktar mill-istess Birkirkara.
Fit-tieni partita, li kienet ferm aktar mistennija, il-leaders Falcons, immexxija minn Jacques Seifert rebħu bl-iskor identiku ta’ 3-0 liċ-champions Swieqi Phoenix Nium. Falcons rebħu s-sets 25-17, 25-21 u 26-24. B’hekk Falcons saħħew posthom f’ras il-klassifika b’21 punt, sitt punti aktar mill-istess Swieqi Phoenix.
Ir-riżultati kollha
Super league
Birkirkara 0-3 Flyers
Swieqi Phoenix Nium 0-3 Falcons
Under -19
Flyers 3-0 Birkirkara
Phoenix 3-1 Depiro
Under-17
Paola Maypole 3-0 Phoenix ninjas
Under -15
Phoenix Young Stars 3-0 flyers
Depiro 0-3 Birkirkara
It-tim tal-Flyers għelbu lil Birkikrara 3-0
//= $special ?>