Sport

Como jrbħu lil Udinese

Como meritatament kisbu l-ħames rebħa tal-Kampjonat fi Stadio Sinigaglia sabiex fi tmiem il-21 ġurnata telgħu fit-13 il-post bi 22 punt b’rebħa kbira ta 4 – 1.

Wara biss 5 minuti Como fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Gabriel Strefezza meta kien ASSANE DIAO li għeleb lil Razvan Sava. Reazzjoni limitata minn Udinese, b’Como jirdoppjaw minuta minn tmiem l-ewwel taqsima. Minn pass ta’ Alberto Dossena kien GABRIEL STREFEZZA li għeleb lil Sava. Ir-riżultat kien ta’ 2 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

B’Udinese aktar fil-partita, fil-50 minuta naqqsu l-iskor wara li MARTIN PAYERO għeleb lil Jean Butez 2 – 1. Como bi plejer anqas mis-57 minuta wara li Francesco Cosso keċċa lil Edoardo Goldaniga fuq ammonizzjoni doppja. Fit-63 minuta tkeċċa għal Udinese Oumar Solet wkoll fuq ammonizzjoni doppja. Fit-78 minuta awtogowl ta’ JAKA BIJOL reġa’ ta vantaġġ doppju lil Como li fid-90 minuta saħansitra skorjaw ir-raba’ gowl meta minn azzjoni ta’ Yannick Engelhardt kien NICO PAZ li għeleb lil Sava għal 4- 1.