Lokali

Ħaddiem iweġġa’ fuq il-post tax-xogħol f’Tas-Sliema wara li ċeda ħajt fuqu

Għall-ħabta tad-9pm tat-Tlieta filgħaxija ħaddiem fuq il-post tax-xogħol f’Tas-Sliema weġġa’ wara li ċeda ħajt tal-konkrit.

Mill-ewwel issejħu l-Pulizija u l-ambulanza kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Minnu fih infetħet Inkjesta Maġisterjali.

Net News jinsab fuq il-post, b’aktar dettalji fil-ħin li ġej.