Lokali

AĠĠORNATA: Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li nqata’ pipe li jagħti l-konkos

Ħaddiem li kien qed jagħmel xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni weġġa’ serjament u jinsab l-Isptar jissielet għal ħajtu wara inċident li seħħ f’sit tal-kostruzzjoni.

Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema.

Mill-istħarriġ li sar irriżulta li żagħżugħ li għandu 25 sena u li joqgħod Ħ’Attard, spiċċa ferut wara li
ntlaqat minn pipe ta’ apparat tal-konkos kawża ta’ xi ħsarat.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard
ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.