Waqt li għajnejn id-dinja għadhom fuq Gaza, mill-bidu tal-ġimgħa bdiet ħidma importanti sabiex jiġu rkuprati eluf ta’ katavri li għadhom taħt it-tifrik. Dan hekk kif il-belt ewlenija tal-Palestinjani tinsab imfarrka kompletament wara xhur twal ta’ gwerra bejn Iżrael u l-Hamas.
L-Aġenzija tad-Difiża Ċivili qed tgħid li hemm mal-10,000 katavru ta’ persuni li għadhom midfuna taħt il-muntanji ta’ terrapien u d-djar li tkissru.
Il-Palestinjani qed jgħidu li din l-operazzjoni għall-irkupru tal-katavru taf tieħu 100 jum. Għalkemm jaf ikun hemm dewmien fil-proċess minħabba li l-awtoritajiet Palestinjani m’għandhomx makkinarju biżżejjed biex ineħħu l-ġebel u t-tifrik fil-belt ta’ Gaza.
In-Nazzjonijiet Uniti qed ibassru li madwar 60% tal-istrutturi f’Gaza tkissru kompletament.
//= $special ?>