Il-Gvern Laburista qata’ qalbu li jsolvi l-kriżi fis-settur tas-saħħa.
Tant qata’ qalbu li l-Ministru għas-Saħħa minflok juża ħinu u l-enerġija biex isolvi l-problemi li ħoloq il-Gvern tiegħu jippreferi jinfexx f’attakki bla bażi fuq il-Partit Nazzjonalista li qed jipprova jagħtih is-soluzzjonijiet. Kif għamel ukoll meta nfexx jattakka lill-assoċjazzjoni tat-tobba u lil min imexxiha.
Waqt is-seduta Parlamentari tal-bieraħ, il-Ministru Jo Etienne Abela kkonferma li qata’ qalbu li jsolvi l-kriżi li hemm fis-settur tas-saħħa u pprova jikkonslana billi qalilna li Londra għandhom il-problemi wkoll.
Il-Gvern Laburista qata’ qalbu li jsolvi l-kriżijiet li daħħalna fihom hu stess.
Bħalma ilu jagħmel, il-Partit Nazzjonalista għal darba oħra qed jappella lill-Gvern biex minflok jinħela f’attakki pesonali, ipoġġi mal-istakeholders kollha biex flimkien insibu t-triq ’il quddiem.
Il-Partit Nazzjonalista lest jgħin f’dan ir-rigward. Issa jrid ikun il-Gvern li jwarrab is-suppervja u jisma’ lil min għandu s-soluzzjonijiet.
//= $special ?>