Il-kampanja ta’ propaganda li l-gvern nieda wara l-aħħar budget swiet €280,000. Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Robert Abela meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa lilll-Prim Ministru jwieġeb numru ta’ mistoqsijiet parlamentari li kienu pendenti u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li qed issir mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it Tnejn 28 ta’ Ottubru b’rabta mal-Baġit 2025.
Il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb li ma saret l-ebda propaganda, iżda kif inhi l-prassi ta’ wara kull baġit, il-Gvern jorganizza kampanja ta’ informazzjoni u jniedi numru ta’ servizzi biex jispjega lill-pubbliku inġenerali kif ser jibbenifikaw mill-miżuri li jkunu tħabbru fil-baġit.
Il-Prim Ministru semma’ seba’ miżuri li tħabbru fl-aħħar budget u qal li l-kampanja ta’ informazzjoni swiet €280,047.
//= $special ?>