Lokali

Kif kien żvelat jiem ilu, l-eks President tal-Labour Ramona Attard se tiġi co-opted bħala Membru Parlamentari

Il-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approvaw in-nomina biex l-Eks President tal-Labour Ramona Attard tingħata siġġu fil-Parlament bħala co-option, sabiex tieħu post Randolph De Battista.

Kien Net News illi l-Ġimgħa kien żvela li ġiet skedata din il-laqgħa urġenti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Dan wara li jum qabel, il-membri tal-Grupp Parlamentari ma kienux laħqu qbil – tant li lbieraħ bdiet ġimgħa ġdida fil-Parlament, u dan is-siġġu tħalla vojt.

Ramon Attard kienet telqet mill-pożizzjoni ta’ President tal-Partit Laburista wara r-riżultat deludenti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew lura f’Ġunju.

Ramona Attard kienet inħatret bħala President tal-Partit Laburista fl-2020, fejn għal erba’ snin ħadmet mill-qrib fl-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela. Qabel dan, kienet taħdem ukoll fl-uffiċċju komunikazzjoni tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, fost oħrajn.