Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħareġ 1,600 maħfra lill-persuni li kienu involuti fl-irvellijiet ta’ erba’ snin ilu fuq il-Capitol – irvellijiet li kienu seħħew ftit jiem qabel Joe Biden inħatar President.
Il-maħfra Presidenzjali li ta Trump waslet fl-ewwel sigħat minn mindu hu ħa t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh.
Mill-White House, Donald Trump iffirma numru ta’ ordnijiet eżekuttivi oħrajn. Dawn kienu jinkludu l-irtirar mill-Patt dwar il-Klima, il-bidu tal-proċess biex l-Amerika toħroġ mill-WHO, u d-dikjarazzjoni ta’ emerġenza nazzjonali tul il-fruntiera mal-Messiku.
Wara l-iffirmar ta’ dawn l-ordnijiet, Donald Trump attenda għal tliet avvenimenti – li ħadu l-forma ta’ ballu – flimkien mal-mara tiegħu Melania Trump.
Intant, in-negozjant Elon Musk kien kritikat bl-aħrax fl-aħħar sigħat għall-mossa li deher jagħmel wara l-inawgurazzjoni ta’ Donald Trump – meta uża dak li ħafna ddeskrivewh bħala salut Nazzista.
//= $special ?>