Illum fil-Parlament saret il-preżentazzjoni tal-ktieb “Ġorġ Borg Olivier: Il-Bniedem, il-Politiku, il-Missier ta’ Malta Indipendenti” – ktieb li ġie ppreżentat lill-Ispeaker Anġlu Farrugia.
Il-ktieb, miktub mill-ġurnalist veteran Michael Caruana, jiġbor il-ħajja u l-kisbiet ta’ wieħed mill-aktar politiċi importanti fl-istorja ta’ Malta.
Fost dawk li attendew għal din il-preżentazzjoni kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u d-Deputy Speaker David Agius.
Dan il-ktieb, ippubblikat fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tal-Indipendenza, huwa tislima lil bniedem li għamel ukoll isem għal Malta fuq livell internazzjonali.
//= $special ?>