Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Pawlu Camilleri Cauchi, profil li huwa artist u li minn idejh ħareġ xogħol mill-isbaħ.
Matul il-programm se nkunu qed nitkellmu dwar dak li sawwar lill-protagonist, l-ewwel ħajriet tiegħu u fejn beda jmur l-ewwel interess. Miegħu se nitkellmu dwar ħajtu f’Għawdex, u l-isfidi wkoll li sab f’Għawdex. Dan apparti wkoll l-esperjenzi sbieħ li wettaq matul is-snin fejn anki kompla jistudja l-arti ‘l bogħod minn xtutna.

Mal-profil se niddiskutu t-tpinġija u x-xogħol artistiku tiegħu, minn l-ewwel biċċa xogħol sal-aħħar.
Matul il-programm wieħed żgur se jagħraf li x-xogħol ta’ Pawlu Camilleri Cauchi mhux biss huwa rigal għall-kultura lokali, iżda wkoll teżor importanti li jinsab mifrux ma’ kull rokna tal-gżejjer tagħna.
PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
