F’Malta u Għawdex hawn 21,931 persuna b’liċenzja valida ta’ arma tan-nar. Dan ikkonfermah il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri.
Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija li saret mid-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, li staqsiet kemm hawn nies f’Malta u Għawdex li għandhom liċenzja valida ta’ arma tan-nar.
F’ħafna pajjiżi l-issue tal-armi hija waħda ferm kontroversjali fosthom fl-Istati Uniti fejn l-akkwist tal-armi huwa relattivament faċli.
Fl-Ewropa jeżisti dak li jissejjaħ il-pass Ewropew tal-armi tan-nar u munizzjon.
Dan huwa biss għal żmien qasir u għal skop li huwa kopert mir-rekwiżiti legali … u jista’ jintuża għal vjaġġ ta’ kaċċa jew parteċipazzjoni f’avveniment sportiv ta’ sparar.
Il-pass Ewropew għall-armi tan-nar huwa validu għal 5 snin u jista’ jiġi estiż darbtejn – għal 5 snin kull darba.
Wieħed jista jieħu l-munizzjon għall-armi reġistrati….iżda f’ammonti biss kemm wieħed ikollu bżonn.
Intant….mit-18 ta’ Novembru li għadda, ġew iċċentralizza s-servizz tat-trasferimenti tal-Armi f’Malta. U dan bil-għan li dal-proċess isir iżjed effiċjenti.
Dawn it-trasferimenti issa bdew isiru kollha mill-Uffiċċju tal-Armi fid-Depot tal-Pulizija.