Kmieni illum filgħodu l-President tal-Parlament Ewopew ħabret li wara snin ta’ diskussjonijiet u negozjati intensivi, l-Unjoni Ewropea ddikjarat il-ġbejna tan-nagħaġ Maltija bħala protetta. Il-President Metsola ħabret dan permezz ta’ ritratt fuq il-paġna tagħha ta’ facebook.
Aħbar li donna ma għoġbot xejn lill-Viċi Kap tal-Partit Laburista, Aex Agius Aliba hekk kif iddeċieda li fuq il-facebook tiegħu, jikteb li l-ġbejna fir-ritratt tal-President Metsola ma kinitx ġbejna tan-nagħaġ imma kienet ġbejna bil-ħalib tal-baqar li skont hu ma tikkwalifikax għall-protezzjoni.
Madanakollu jidher li Alex Agius Saliba anka fuq din ġabba ħażin, hekk kif din il-ġbejna kienet magħmulha bil-ħalib tan-nagħaġ, minn Għawdex.
Dan ġie kkonfermat minn bidwi stess li huwa miż-Żebbuġ Għawdex, fejn f’kumment fuq il-post ta’ Agius Saliba qallu li “dawk il-ġbejniet huma miż-Żebbug Għawdex u HUMA tan-nagħag’, dan filwaqt li stieden ukoll lil MEP biex hu wkoll imur iduqhom.
Madanakollu dawn il-fatti ma niżlu xejn tajjeb ma’ Agius Saliba li minflokk irranġa l-kitba tiegħu ħareġ jattakka lil eks-sindku Nazzjonalista Carmelo Saliba, tant li wieġbu “ma kontx naf li barra li eks-sindlu Nazzjonalista taż-Żebbuġ,diletant wkoll tal-ġbejniet”.
Kumment li nissel ħafna rabja, kif spjegaw diversi nies li tkellmu ma’ Net News, għall-mod kif idiżrispetta lil bdiewa u sejħilhom nies dilettanti tal-ġbejniet.
Minn naħa tiegħu Carmelo Saliba li huwa iben ta’ bidwi u li hu wkoll reġistrat bħalha part-time farmer.
Fost dawk li kienu żbaljati dwar il-ġbejna tan-nagħaġ kien hemm ukoll Karl Stagno Navarra.
//= $special ?>