Lokali

Għajnuna lil tfal li qed jaffaċjaw sfidi

Hemm bżonn li bħala nazzjon naraw x’tip ta’ edukazzjoni qed noffru. Bħalissa, ninsabu l-bogħod ħafna milli jkollna edukazzjoni verament inklussiva.

Hekk saħqu r-rappreżentanti tal-grupp ‘Equal Partners’ waqt laqgħa li kellhom mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u deputati Graziella Attard Previ, Graziella Galea u Albert Buttigieg, fejn semgħu dak li kellhom xi jgħidu dawn l-esperti.

Iċ-Chairperson tal-Equal Partners, Elena Tanti Burlò, qalet li hemm bżonn bidla radikali fl-edukazzjoni. U jekk il-flus mhux se jintużaw għall-inkluzzjoni mela allura il-flus se jkunu qed jinħlew.

Hija qalet ukoll li fl-iskola ma għandux ikun hemm livelli u streaming għax dawn huma kontra l-inklużjoni filwaqt li sostniet li nurture classes ukoll għandhom, jiġu eliminati għax kull klassi għandha jkollha element ta’ nurturing.

Ir-rappreżentanti tal-Equal Partners saħqu wkoll dwar l-importanza tal-empatija fl-edukazzjoni biex verament ikollna soċjeta inklussiva.

Minn naħa tiegħu Bernard Grech qal li iżjed mal-politiċi jkunu jafu l-isfidi li jiffaċjaw persuni b’diżabbiltà akar ikun faċli li jimplimentaw policies favur l-inklussivita.

Intant fid-dawl tal-aħbar dwar kif tfal li tneħħew minn skola għax l-għalliem tagħhom kellu orjentazzjonijiet gay, id-deputat Graziella Attard Previ qalet li jeħtieġ ukoll iktar kampanji edukattivi dwar il-komunità LGBTIQ.