Lokali

Il-Gvern għadu fl-isħab dwar il-ħaddiema barranin

Il-Labour jinsab mifni, jiddiskuti l-problemi interni – mill-co-options għall-kontroversja dwar l-Inkjesti. Iżda fil-verità, il-Gvern qed jinsa dak li qed jolqot direttament lin-nies – fosthom il-problemi li ġabet magħha l-isplużjoni fil-popolazzjoni, u l-kwistjoni tal-ħaddiema barranin.

It-Tlieta filgħaxija, saqsejna lill-membri tal-Grupp Parlamentari Laburista x’se jkun qed jagħmel il-Gvern biex jidirizza din il-problema enormi.

Il-laqgħa tat-Tlieta issejħet biex japprovaw l-isem ta’ Ramona Attard fil-Parlament. Iżda fi kliem Jason Micallef…huma iltaqgħu biex jiddiskutu l-Partit Nazzjonalista…b’Micallef jinfexx, kif inhu solitu, f’attakk partiġġjan.

F’din il-laqgħa, il-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approvaw in-nomina biex l-eks President tal-Labour Ramona Attard tingħata siġġu fil-Parlament b’co-option. Biex issa ħadet post Randolph De Battista.

Ramona Attard kienet telqet mill-pożizzjoni ta’ President tal-Partit Laburista wara r-riżultat deludenti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew lura f’Ġunju.

Ramona Attard kienet inħatret bħala President tal-Partit Laburista fl-2020, fejn għal erba’ snin ħadmet mill-qrib fl-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela. Qabel dan, kienet taħdem ukoll fl-uffiċċju komunikazzjoni tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, fost oħrajn.