Il-Gvern tajjar €280,000 f’reklamar relatat mal-Budget. Dan kien konfermat mill-Prim Ministru Robert Abela fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari.
Id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia talab lill-Prim Ministru biex jagħti rendikont sħiħ tan-nefqa tar-reklamar u l-pubbliċità tal-Gvern wara d-diskors tal-Budget li għamel fit-28 ta’ Ottubru.
Caruana Cilia staqsa specifikament dwar l-ispejjeż totali li saru għal “reklamar u propaganda” marbuta mal-Budget.
U fit-tweġiba tiegħu, il-Prim Ministru ċaħad li dawn kienu reklami ta’ propaganda – meta l-fatti, jafhom kulħadd.
Abela qal li l-kampanja tal-Budget swiet €280,047.
Qal li l-midja soċjali u midja tradizzjonali oħra, inklużi gazzetti, televiżjoni u radju, intużaw biex twasslu dawn ir-reklami tal-Budget.
Intant, skont analiżi li saret minn Net News…huwa car li din in-nefqa fil-propaganda qed tkompli tisplodi minn sena għall-oħra.
Fil-fatt, għall-Budget 2023, il-Gvern kien tajjar €115,000. Is-sena ta’ wara….għall-Budget 2024….il-Gvern kien nefaq kważi €200,000. Biex issa, l-ispiża splodiet għal kważi tliet kwarti ta’ miljun ewro.
//= $special ?>