Lokali Sport

Il-Logħob Olimpiku mtappan minn kontroversja

Il-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024 li kien avveniment importanti, xhur wara l-Logħob ttappan minn kontroversja. Il-midalji ppreżentati mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali huma taħt attakk għall-kwalità fqira tagħhom, b’atleti jikkummentaw li saru jixbħu relikwi mill-Olimpjadi ta’ Pariġi tal-1924.

Tbajja tas-sadid, wiċċ tal-midalji deterjorat, u midalji m’għadhomx ileqqu f’kuntrast mad-dehra oriġinali tal-metall. Dan wara biss ftit xhur. Il-midalji Olimpiċi huma ħafna aktar minn sempliċi biċċiet tal-metall fejn jissimbolizzaw l-ogħla kisba sportiva.

Il-produzzjoni ta’ dawn il-midalji dejjem kienet tal-aqwa sengħa u materjali, xi ħaġa li l-KOI forsi njora . Fi Franza, din il-kwistjoni ħolqot kritika nazzjonali. Il-mod kif il-midalji mirbuħa fl-Olimpjadi ta’ Pariġi ddeterjoraw ixxokkjat lill-Franċiżi, nazzjon tradizzjonalment patrijottiku, li jħossu li t-tort fil-manifattura tal-midalji jirrifletti ħażin fuq pajjiżhom.

Il-kriżi ġiegħlet lill-KOI joħroġ stqarrija li tħabbar li l-midalji difettużi ikunu mibdula. Skont ‘La Lettre’, aktar minn 100 atleta kkuntattjaw lill-KOI biex jirritornaw il-midalji tagħhom għal bosta raġunijiet. Il-Kumitat Organizzattiv ta’ Parigi 2024 qed jaħdem mill-qrib maz-Zekka ta’ Pariġi biex jevalwa l-ilmenti dwar il-midalji u jifhem il-kawża kif iddeterjoraw.

Saru b’kollox 5,084 midalja tad-deheb, fidda u bronż għall-Olimpijadi ta’ Pariġi. Il-produzzjoni tagħhom kienet tinvolvi mill-inqas 30 stadju u bbażat ruħha fuq l-esperjenza ta’ Monnaie de Paris, waħda mill-eqdem u l-aktar istituzzjonijiet prestiġjużi ta’ Franza  imwaqqfa fl-1864 u ipproduċiet medalji Olimpiċi għal diversi Logħob, inklużi l-edizzjonijiet ta’ Ateni 1896 u Pariġi 1924.

Xhur wara li l-atleti bdew juru fil-midja socjali l-istat tal-midalji tagħhom, il-kriżi eskalat, u wasslet għar-riżenja jew it-tkeċċija ta’ tliet uffiċjali għolja responsabbli mill-produzzjoni fiż-Zekka ta’ Pariġi. Skont ‘La Lettre’, dawk li tkeċċew jinkludu lid-direttur industrijali, Jacky Frehel, u direttur tal-produzzjoni, Éric Matte, ilu nieqes minn Ottubru filwaqt li l-kap tal-kwalità, Helene Juton, telqet f’Diċembru.